Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat spjega l-bidliet fit-taxxa li Partit Laburista fil-Gvern lest jimplimenta.
Gvern Laburista ġdid jintroduċi tax refund lil kull min jaħdem u jaqla’ sa €60,000.
Madwar 190,000 taxpayer ser igawdu minn tax refund ta‘ bejn €200 u €340 għal kull persuna li taħdem. Din il-miżura tiswa €46.5 miljun. Huwa kunċett ġdid biex min jaqla’ l-anqas, jieħu l-akbar refund.
Min jaħdem u ma jikkwalifikax biex iħallas taxxa, jkun eliġibli għal dan il-benefiċċju wkoll.
Joseph Muscat, flimkien mal-Ministru Edward Scicluna, qal li lest jimplementa b’responsabiltà miżuri li l-pajjiż jiflaħ għalihom.
KOMPUTAZZJONI MIŻŻEWĠIN
Madwar 36,809 taxpayer ser igawdu minn dan it-tax refund
KOMPUTAZZJONI SINGOLA
Madwar 117,117 taxpayer ser igawdu minn dan it-tax refund
KOMPUTAZZJONI ĠENITUR
Madwar 36,163 taxpayer ser igawdu minn dan it-tax refund
Barra minn hekk, Partit Laburist fil-Gvern lest inaqqas it-taxxa fuq id-dħul mill-part-time minn 15% għal 10%. Din tapplika anke għal min hu self-employed.
Hija miżura li tiswa €3.8 miljun u taffettwa 28,521 persuna.
Partit Laburista fil-Gvern qed jipproponi massimu ta’ sentejn eżenzjoni mill-ħlas tal-income tax lil dawk jiggradwaw fil-livell ta’ Masters u PhD.
Ara eżempji ta’ komputazzjonijiet hawn taħt.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/05/TAXXA.pdf”]