Is-somma miġbura fil-maratona ġbir ta’ fondi organizzata mill-Partit Laburista laħqet l-€438,503.
Il-maratona ta’ sitt sigħat, bit-tema ‘Fiduċja f’Pajjiżna’ ġiet imxandra fuq l-istazzjonijiet ONE, bid-donazzzjonijiet intlaqgħu permezz tat-telefonati, jew minn fuq is-sit elettroniku tal-Partit Laburista jew inkella b’mod personali fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Is-somma finali tħabbret mill-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph Debattista filwaqt li rringrazzja wkoll lill-voluntiera kollha li jgħinu lill-Partit Laburista.
Minn naħa tagħha, il-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard irringrazzjat lill-ħaddiema kollha tal-Partit Laburista u tal-istazzjonijiet ONE.