F’sena l-pajjiż jinvesti €38,149,000 f’children’s allowance. Jirriżulta li 60,901 tifel u tifla taħt is-16-il sena joħorġilhom dan il-benefiċċju mhux kontributorju. Minn din iċ-ċifra, in-numru ta’ tfal Maltin huwa ta’ 59,485 filwaqt li n-numru ta’ tfal barranin huwa ta’ 1,416.
Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon, spjega wkoll li n-numru ta’ ġenituri li huma eliġibbli għal din l-allowance huwa ta’ 40,435 li minnhom, 29,060 huma ġenituri koppja filwaqt li 11,375 huma ġenituri single. In-nefqa għal din l-allowance bħala perċentwal tan-nefqa għall-benefiċċji soċjali mhux kontributorji sa Novembru hi ta’ 23.45%