Inġabret is-somma ta’ €355,353 b’risq id-Dar tal-Providenza, dan waqt edizzjoni speċjali tal-programm Xarabank. Somma li turi l-qalb ġeneruża tal-poplu Malti u Għawdxi.
Kien matul il-programm li ddominaw stejjer ta’ persuni li ġew fil-bżonn tad-Dar tal-Providenza, dar li tagħti kenn lill-persuni b’diżabbiltà.
Apparti minn hekk il-programm kien imżewwaq bi spettaklu kbir minn persuni famużi f’Malta, fejn fosthom kien hemm anke membri Parlamentari.