Pajjiżna kellhu l-ogħla rata ta’assorbiment fost il-membri stati kollha tal-UE, b’98.7%, minn fondi Ewropej magħrufa bħala fondi Norveġiżi li kienu allokati bejn 2004-2009. Dan qalu is-Segretarju Parlamentari Ian Borg waqt li kien qed iżur xogħolijiet fuq il-proġett favur il-konservazzjoni tal-ilma fiż-żona tan-Nigret, ir-Rabat Malta li qed isir permezz ta’ dawn il-fondi. Proġett li se jiswa €1.5M u li mistenni jkun lest f’April tal-2017.
Il-proġett jikkonsisti f’dik li sa ftit taż-żmien ilu kienet sempliċiment roundabout enormi u li issa qed tiġi mibdula f’żona ta’ rikreazzjoni. Fost affarijiet oħra l-proġett mistenni jinkludi ġnien u playing area għat-tfal, żieda fil-parkeġġ iżda fuq kollox, ċentru ta’ informazzoni fuq il-konservazzjoni tal-ilma.
Borg spjega kif mill-€4.5M ta’ fondi Norveġiżi allokati bejn l-2004 u l-2009 saru 7 proġetti, fosthom il-Master Plan taċ-Ċittadella,il-konservazzjoni tal-Hypogeum f’Ħal Saflieni u anke l-proġett ta’ Park Naturali fi Xrobb l-Għaġin. Fl-istess żjara Borg ħabbar li minn dawn il-fondi Norveġiżi, bejn l-2014 u l-2020 pajjiżna ingħatawlu €3M iżjed biex ikunu użati għal proġetti oħra.
Għal aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku: https://eufunds.gov.mt/en/EU%20Funds%20Programmes/Bi-lateral%20Programmes/Pages/EEA-and-Norway-Grants-2004-2009.aspx