Il-Gvern alloka €300,000 fl-iskema Art Scholarship bil-għan li jinvesti fiż-żgħażagħ li huma intiżi fl-arti fosthom żfin, mużika, arkitettura, arti viżiva kif ukoll kitba kreattiva.
Dan ġie żvelat mill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo fejn spjega kif l-iżvilupp artistiku huwa importanti għaliex iservi ta’ formazzjoni għal karattru ta’ kull individwu.Huwa tenna li minkejja li din l-iskema tnediet fl-2010, il-Gvern ħass li din id-darba l-allokazzjoni tiżdied b’€50,000.
Din l-iskema hija mmirata għal studenti minn 11-il sena ‘l fuq fejn ser ikollhom l-opportunità li jidħlu kemm f’korsijiet akkademiċi kif ukoll vokazzjonali. Kull min jagħżel li jistudja barra minn Malta, il-Gvern mhux biss ser ikun qed ikompri l-miżati tal-istudju imma ser jingħata wkoll stipendju.