SportMalta ffinanzjat investiment ta’ tlett miljun ewro li ra xiri ta’ faċilitajiet sportivi moderni fil-Matthew Micallef St John Stadium fil-Marsa.
Ix-xogħol jinsab fit-tieni fażi tiegħu, bil-proġett kollu se jinkludi l-bini minn ġdid tal-istand prinċipali, sala teknika, faċilitajiet ta’ anti-doping, dressing rooms, gym, kmamar fejn jingħataw massaġġi kif ukoll uffiċċji għall-assoċjazzjoni u faċilitajiet ta’ catering.
Athletics Malta ikkumplimentat dan l-invesitment b’wiċċ ġdid għat-trakka tal-atletika, throwing cage ġdida għad-discus u l-hammer throw kif ukoll faċilità ġdida għal pole vault.
Dawn il-faċilitajiet ser jintużaw waqt fil-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Atletika nhar is-Sibt li ġej u li se jaraw 350 atleta u 150 uffiċjal minn sbatax-il pajjiż differenti jikkompetu f’pajjiżna.
Il-programm tal-attivitajiet kollha jinsab fuq https://cssemalta22.mt/. Id-dħul huwa b’xejn.