Bejn l-2013 u s-sena l-oħra, il-gvern ħareġ €3.4 miljun f’għotjiet għaż-żwieġ.
Fi tweġiba għal mistoqsija oħra ta’ Paula Mifsud Bonnici, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia provda aktar informazzjoni interessanti. Fosthom li n-numru ta’ ġenituri li ma jaħdmux u li ma rċevewx iċ-Children Allowance kollu dovut lilhom f’Diċembru li għadda jammonta għal 47.
Dawn il-każijiet issa għaddej ix-xogħol fuqhom sabiex jitħallsu id-differenza fir-rata dovuta lilhom sas-Sibt 28 ta’ Jannar 2017.
Dr Farrugia qal ukoll li n-numru ta’ pensjonanti li għandhom pensjoni tal-irtirar u li igawdu ukoll minn pensjoni ta’ servizz huwa ta’ 13,004.