Aktar minn €2,800 nġabru waqt festival mużikali f’Ħal Kirkop, b’mużika mis-snin 80 u 90. Bid-donazzjoniiet miġbura waqt dan il-festival marru għall-Fondazzjoni Inspire.
Il-festival li sar il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju, li ttelgħa mill-Għaqda Mużikali San Leonardo, meta kienet qed tfakkar l-għaxar snin mit-twaqqif tas-sezzjoni ta’ żgħażagħ fi ħdan l-istess għaqda.
F’dan il-festival ħadu sehem id-DJs lokali Alex Grech u Renato Vella, flimkien ma’ tribute band Ġermaniża, Modern Talking Reload.
Therese Bonnici, rappreżentanta mill-Fondazzjoni Inpire qalet li minkejja li ż-żgħażagħ jgħinu b’mod volontarju, xorta waħda jagħtu l-ħin tagħhom sabiex jgħinu lil ħaddieħor.