Raġel ta’ 45 sena ngħata kumpens ta’ €27,000 wara li 5 snin ilu qabad idu ma’ magna fil-fabbrika ta’ De La Rue.
Ir-raġel kien qabad idu bejn żewġ pjanċi u ħadd mill-ħaddiema preżenti madwaru ma kienu jafu x’għandu jagħmel biex jeħilsu id ir-raġel waqt l-inċident.
Ir-raġel kien sofra minn passi dixxiplinarji għaliex skont il-kumpanija l-każ seħħ bi traskuraġni iżda fir-rikors li ġie milqugħ mill-Qorti ntqal li li l-ħaddiema ma kinux ingħataw taħriġ speċifiku x’għandhom jagħmlu f’każ ta’ inċident fuq dawn il-magni.