Ilbieraħ fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta, id-dwana qabdet mal-kwart ta’ miljun ewro fi flus kontanti mhux dikjarati.
Fi stqarrija, d-dwana spjegat li f’żewġ każijiet separati, uffiċjali tad-Dwana qabdu €233,000 fi flus mhux dikjarati.
F’każ minnhom passiġġier li kien ħa jaqbad titjira lejn Istanbul qanqal suspett wara li kelb tad-dwana ġibed l-attenzjoni fuq il-passiġġier.
Mal-€210,000 ġew elevati mill-affarijiet personali tiegħu.
Id-dwana qalet li l-pulizija arrestat lill-passiġġier.
F’każ separat passiġġier kien ġej miż-żona Schengen u ġie eżaminat fejn instabu fuqu €5,000.
Mal-€10,000 oħra nstabulu fil-bagalja.
Id-dwana qalet li l-€10,000 ingħataw lura lil passiġġieri skont il-liġi iżda nżammu l-€5,000 l-oħra.