SportMalta ppreżentat l-aħħar sett ta’ għajnuniet finanzjarji lil diversi assoċċjazzjonijiet u atleti individwali, li matul is-sena 2018 ammonta għal aktar minn €2 miljun.
Fl-aħħar ċerimonja, aktar minn €800,000 ngħataw lil 69 assoċjazzjoni sportiva.
Preżenti għaċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima saħaq li permezz tal-assistenzi minn SportMalta, dawn l-assoċċjazzjonijiet qed ikunu aktar proattivi biex jiġġeneraw dħul. Żied jgħid li l-Gvern huwa kommess li jkompli jżid it-turiżmu sportiv lejn Malta biex pajjiżna jkompli jorganizza avvenimenti internazzjonali u jkun pilastru ewlieni tal-ħolqien tal-opportunitajiet ta’ xogħol u investiment.
B’kollox, mitejn atleta individwali u assoċċjazzjoni sportiva bbenefikaw minn dawn l-għotjiet tul din is-sena.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar qal li l-applikazzjonijiet għall-assistenza finanzjarja għall-2019 se jkunu miftuħin sal-aħħar ta’ din is-sena, filwaqt li skemi ġodda se jitħabbru s-sena d-dieħla.