Żewġt irġiel ġew arrestati, wara li l-awtoritajiet Irlandiżi interċettaw konsejna kokaina li tiżen ma-20 tunnellata, b’valur fit-triq ta’ €21 miljun, abbord bastiment rreġistrat f’Malta.
Din il-konsejna nstabet abbord bastiment, li daħal fil-port ta’ Shannon Estuary fl-Irlanda, nhar it-Tlieta.
Iż-żewġ Bulgari, Kamen Petkov ta’ 35 sena u Nikola Yordanov Penchev ta’ 32 sena, huma membri tal-ekwipaġġ abbord il-bastiment MV Verila, li huwa bastiment immexxi mill-Bulgari, iżda rreġistrat f’pajjiżna.
Huma ġew mixlija f’żewġ akkużi, pussess tal-kokaina, u pussess tal-kokaina għal skop ta’ bejgħ jew traffikar.
Iż-żewġ akkużati m’għamlu ebda talba għall-ħelsien mill-arrest, filwaqt li l-Qorti assenjat żewġ avukati tal-għajnuna legali għaż-żewġ imputati.
Erba’ rġiel oħra, ta’ 50, 46, 44 u 41 sena, ġew arrestati b’rabta ma’ dan il-każ, iżda ingħataw il-ħelsien mill-arrest mingħajr ebda akkużi.