Mario Bonello ta’ 57 sena ġie ordnat iħallas iktar minn għoxrin elf ewro lil Spiridione Zammit ta’ 59 sena.
Dan wara li l-Qorti sabitu responsabbli li tnax-il sena ilu kkawża inċident tat-traffiku li kellhom iż-żewġt irġiel, u li fih Zammit sofra diżabilità f’għonqu u f’widnejh.
Skont ix-xhieda tal-vittma, Bonello kien ħareġ minn wara xi karozzi oħra, f’manuvra li biha ġie jsuq kontra l-karreġġjata. Xi ħaġa li wasslet biex kien hemm impatt bejn il-karozzi tal-akkużat u l-vittma.
Il-Qorti kkunsidrat id-diżabilitajiet li sofra l-vittma, u għaldaqstant wara li ingħatat il-ħtija lill-akkużat, ġie ordnat iħallas il-kumpens.