Pajjiżna qed jimxi f’direzzjoni ta’ ekonomija li hija bbażata ferm aktar fuq il-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-ħaddiem. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma fatturi li jsawwru din l-ekonomija filwaqt li tgħin kumpaniji jkunu aktar kompettitivi jew jidħlu fi swieq ġodda. Kwalunkwe kumpanija li qed tfittex swieq ġodda jew li timmodifika prodott f’wieħed aktar modern għandha kull mezz possibbli bil-fond tal-Horizon 2020. ONE news tkellem maċ-Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija dwar dan.
“Riċerkaturi Maltin, anke bl-assistenza tal-kunsill malti għax-xjenza u t-teknoloġija, kellhom success stories partikolari li wassal biex minn dan il-fond li ilu fis-seħħ mis-sena 2014 lejn pajjiżna ġew €20,000,000 speċifikament għar-riċerka.”
Ir-riċerka u l-innovazzjoni iwasslu biex pajjiż jiżviluppa. Matul is-snin, Malta wkoll rat żviluppi fejn fl-imgħoddi kien aktar iffukat fuq l-agrikoltura, fil-passat aktar riċenti fil-manifattura u fil-preżent pajjiżna qed jiżviluppa f’ekonomija li hija bbżata fuq l-għarfien u r-riżorsi umani. It-tkabbir fl-għarfien jiġi minn taħriġ edukattiv bikri fost it-tfal.
“F’dan ir-rigward dana żgur li r-riċerka u l-innovazzjoni għadnha fattur ewlieni, għandha sehem ewlieni x’tati, żgur li pajjiżna issa wkoll irid jiffoka fuq il-bżonn li meta tant qed jinħolqu opportunitajiet li huma ħa ngħidu hekk ta’ ċertu relevanza għal ekonomija li hija knowledge based, nippreparaw lit-tfal, liż-żgħażagħ, hawn dawn l-opportunitajiet kbar li qed jinħolqu.”
Iċ-Chairman semma kif il-Kunsill qed jaħdem fuq programm ieħor lil hinn mill-istrateġija tal-elfejn u għoxrin. Il-preparamenti bdew b’konsultazzjonijiet mal-pubbliku, għaliex finalment ir-riċerka u l-innovazzjoni tolqot lill kull persuna.
“U allura minħabba li aħna bdejna, nedejna dan l-eżerċizzju, inħeġġeġ lil kulħadd biex min jixtieq jipparteċipa billi jidħol fil-website tagħna mcst.gov.mt u anke jagħti, jaqsam il-ħsibijiet tiegħu magħna, isaqsu d-domandi li jħoss li għandu jsaqsi u forsi anke jagħmel xi suġġerimenti.”