F’dawn l-aħħar ħamest isjuf, il-Gvern investa mitejn elf ewro kull sena sabiex eluf ta’ studeni li weħlu minn xi suġġett ewlieni fl-eżamjie tas-SEC jattendu lezzjonijiet tar-Reviżjoni.
Il-lezzjonjiet li jingħataw b’xejn lill-istudenti huma amministrati mill-uffiċċju tal-garanzija għaz-zgħazagħ taħt il-jobsplus u huma kofinanzjati mill-Fond soċjalii ewropew.
Dan is-sajf applikaw mad-disa mija tmienja u ħamsin student ta’ bejn il-ħmistax u l-erbgħa u għoxrin sena, li weħlu minn xi eżami fis-sessjoni ta’ Mejju li għadda.
Minnhom ħames mija tlieta u ħamsin student f’Malta u ħamsa u tletin student f’Għawdex attendew il-klassijiet b’xejn fil-Malti, l-Ingliż, il-Matematika, il-Bijoloġija u l-Fiżika.Il-lezzjonijiet ingħataw għal ħames ġimgħat sħaħ bejn Lulju u Awwissu, fejn għalliema professjonali għenu lill-istudenti itejbu l-livell tagħhom sabiex fir-resits li saru f’Settembru jiksbu l-marki meħtieġa biex ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom fil-live post-sekondarju.
Minn analiżi tar-riżultati miksuba wara l-ewwel erbgħa snin ta’ klassijiet tar-reviżjoni, joħroġ li dawk l-istudenti li attendew għal dawn il-lezzjonijiet kisbu marka aħjar fl-ezamijiet tar-resits tas-SEC.
Mill-elfejn u erbatax l’hawn – tlett elf mija tlieta u ħamsin student jew student u studenta attendew dawn il-klassijiet tar-reviżjoni.
B’dawn l-istudenti rnexxielhom jiksbu marka ħamsa jew marka aħjar mill-eżamijiet ta’ Mejju u b’hekk setgħu jkomplu l-vjaġġ edukattiv tagħhom.