B’fond ta’ għoxrin elf ewro, mogħtija mill-Ministeru għat-Turiżmu, se ssir riċerka mid-Dipartiment għall-Ħarsien Soċjali fl-Università ta’ Malta dwar il-vjolenza domestika.
Dan intqal f’konferenza fl-Univeristà ta’ Malta fejn preżenti kien hemm, mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, kif ukoll id-Dekan tal-Fakulta għall-Ħarsien Soċjali, il-Professur, Andrew Azzopardi fost oħrajn.
Mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, spjegat kif meta iltaqgħet mat-tfal tal-vittmi tal-vjolenza domestika, hi setgħet tara t-tbatija f’ghajnejhom u b’hekk riċerka dwar l-effetti tal-vjolenza domestika, hija kruċjali.
Hi żiedet tgħid wkoll li din ir-riċerka ħa tkun ibbażata l-iżjed fuq l-agressur.
Qalet kif, “Fejn se nkunu qed nindirizzaw lill-agressuri illi qegħdin jikkommettu vjolenza domestika fuq il-partner tagħhom. Ħa naraw xinhuma r-raġunijiet għalfejn qed iġibu ruhom b’dan il-mod, xinuma iċ-ċirkostanzi li qed iwasluhom jaġixxu b’dan il-mod u jkunu abbużivi fuq il-persuna li suppost li suppost iħobbhom, li jafdhom”
Ma’ din il-kamra tal-aħbarjiet, id-Dekan u Professur Andrew Azzopardi, spjega kif huwa d-dmir tal-Università li tirrispondi għar-realtajiet soċjali u li wara li ssir r-riċerka, naġixxu.
Qal kif, “Irridu nifmu għaliex qed jiġri dan il-fenomenu għax jekk mhux ħa nagħmlu hekk, kif qalet tajjeb ħafna Dr Abela, jekk mhux ħa nifmu għaliex qed jiġri dan u b’liema mod se nsolvuha dan iċ-ċirku ta’ vjolenza se jkompli jiżdied”.
Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo tkellem dwar l-effetti tal-vjolenza domestika li fissirha bħala pjaga soċjali.
Dan filwaqt li r-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella qal li l-Univerista ta’ Malta għanda id-dover li tiprovdi kwalità ta’ ħajja aħjar lis-soċjeta u għalhekk se tkun qed issir din ir-riċerka.