Multa ta’ €2,000 għal tlett persuni li nstabu ħatja li ġelldu s-sriedaq f’Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi.
Adrian Pace ta’ tnejn u għoxrin sena minn Ħal Qormi, Johann Saliba ta’ 37 sena u Matthew Micallef ta’ 21 sena, it-tnejn minn Birkirkara kienu akkużati li kkawżaw tbatija bla bżonn lill-annimali.
Il-Ħadd filgħodu l-pulizija qabbdu fil-fatt lil dawn it-tlett persuni flimkien ma’ grupp ta’ nies li kienu qed isegwu l-ġlied bis-sriedaq wara telefonata anonima.
It-tlett akkużati ammettew l-akkużi ta’ moħqrija tal-annimali u għalhekk il-multa ta’ elfejn ewro ġiet ikkundannata fuq kull imputat.