B’investiment ta’ żewġ miljun ewro, tmenin fil-mija tagħhom fondi Ewropej, żona fil-Park ta’ Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk se tinbidel fl-ewwel ċentru ta’ rijabilitazzjoni f’pajjiżna għal speċi selvaġġi.
Iċ-ċentru se jieħu ħsieb ir-rijabilitazzjoni ta’ speċi bħal fkieren, hedgehogs, gremxul, sriep, friefet il-lejl u tajr.
Il-proġett tnieda mill-Ministeru għall-Ambjent bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u l-għaqda mhux governattiva Nature Trust.
Il-President tan-Nature Trust Vincent Attard li se jmexxi dan iċ-ċentru qal li ilu għoxrin sena jaħdem biex f’pajjiżna jkollna ċentru ta’ rijabilitazzjoni għal dawn l-ispeċi.
“L idea hija li issa dan ic centru jkun jista jilhaq l-annimali kollha taht saqaf wiehed mhx kif għandna llum fejn ha nzidu l kapacita li ezempju 23 tank fkieren tank ad dniefen , 25 qanfud , sriep biex bhekk annimali feruti u dawk li qqed inkattru niehdu hsiebhom hawnhekk u nghatu servizz lill-pajjiz taghna.”
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera qal li wara r-rijabilitazzjoni, l-annimali se jiġu rrilaxxati bl-ambjent naturali tagħhom.
“proġett pjuttost kbir għax huwa wieħed li jiswa 2 miljhun ewro u sponsored mil-Ministeru tiegħi li hrigna 20% tal-ispiża gifiri 400 000 . huwa importamti għax ha jkun l-ewwel post prfessjonali li jieħuħhsieb annimali. Kemm maritimi rettili għasafar u mammali”
Huwa sosnta li l-proġett se joffri lill-viżitaturi tal-park, attrazzjoni unika u kreattiva matul is-sena kollha.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia qal li Malta tista’ tibda tiġbed iżjed turisti fil-qasam ta’ eko turiżmu grazzi għal pajsaġġ uniku u l-abbundanza tal-flora u fawna indiġena li għandna.
Huwa żied jgħid li b’dan l-investiment, l-għadd ta’ viżitaturi mistenni jiżdied b’mod sinifikanti.