Il-madwar tal-impjant Ta’ Barkat fix-Xagħjra se jara bidla drastika li se twassal biex ikunu indirizzati l-ilment li r-residenti ilhom jagħmlu għal numru ta’ snin, però dejjem waqgħu fuq widnejn torox.
B’investiment ta’ €2 miljun mill-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma se jsir proġett ta’ ‘landscaping’ b’mod li l-impjant jitgħatta u jkun iżjed lil hinn mill-parti residenzjali.
Iċ-ċemren tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma William Wait stqarr kif il-proġett mhux marbut biss mad-dehra.
Kien fil-Parlament li l-Ministru Konrad Mizzi ħabbar dan l-investimetnt mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-ilma. Progett li issa hu possibli minhabba l-qligh li ghamlet l-istess Korporazzjoni fi zmien tlett snin.
William Wait spjega kif il-landscaping se jsir b’mod li bih ir-riħa minflok tinfirex u tmur lejn ir-residenti, se titla’ l fuq.
Mhux biss. Il-korporazzjoni qed tara li jkun indirizzat b’serjetà l-proċess ta’ kif jiġi trattat id-drenaġġ kif ukoll b’ħidma mas-segretarjat tal-agrikultura jinstabu modi biex ikun indirizzat l-iskart tal-għelieqi li ħafna drabi jispiċċa fis-sistema tad-drenaġġ.
Proġett ieħor hu li jinstabu modi biex titnaddaf aħjar il-fossa fejn jinġema id-drenaġġ.
Il-proġett huwa estensiv tant li warajh hemm erba’ snin ta’ studju u analiżi. Wait stqarr li l-progett tħalla fuq l-ixkaffa minn amministrazzjoni preċedenti li għażlet ma tagħmel xejn dwaru. Għalhekk, fl-isfond li l-korporazzjoni qamet fuq saqajha finanzjarjament, issa hu ż-żmien li r-residenti jaraw differenza.
https://youtu.be/v7pxqogPdc4