Persuni li għandhom propjeta fin-naħa ta’ isfel tal-Belt Valletta, jistgħu jibbenefikaw minn għotja sa massimu ta’ tmint elef ewro biex jirranġaw jew jibdlu l-gallerija tradizzjonali tagħhom.
Dan hekk kif il-Gvern alloka żewġ miljun ewro li parti minnhom huma minn fondi ewropej għar-restawr ta’ twiequ u gallarijiiet Maltin.
F’konferenza tal-aħbarijiet li matul tħabbru d-dettalji tal-iskema, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar Chris Agius qal li ntgħażlet din il-parti tal-Belt minħabba l-fatt li din iż-żona sfat abbandunata għal bosta snin.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia qal li din l-iskema tagħmel parti minn proġett ta’ erba u għoxrin miljun ewro sabiex tiġi rriġenerata din iż-żona tal-Belt Valletta.L-iskema fetħet il-Ħamis u tagħlaq fl-aħħar ta’ Jannar li ġej, kif jispjega l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjannar Johann Buttigieg.
Minn japplika għall-iskema għandu jagħmel dan permezz tal-perit tiegħu.
L-applikant jista jkopri l-ispejjeż tax-xogħlijiet kollha, għax jieħu fondi skont il-kobor tal-gallarija b’massimu ta’ tmint elef ewro għal gallariji ta’ erba panelli.
Is-Sur Buttigieg qal li minn din l-iskema huwa maħsub li jibbenefikaw bejn mitejn u tlett mitt persuna.
Huwa żied jgħid li minn skemi simili bħal dik ta’ rrestawra darek diġà bbenefikaw aktar minn elf u tmin mitt persuna.
Minn dawn hemm aktar minn ħamsin organizzazzjoni mhux governattivi, aktar minn mija u ħamsin pensjonant u kważi erbgħin persuna b’diżabilità.