Wieħed u għoxrin banda se jingħataw is-somma ta €180,000 bejniethom biex ikunu jistgħu jwettqu l-proġetti tagħhom.
Il-baned issa se jkunu jistgħu iwettqu proġetti differenti minn restawr ta’ wirt storiku fil-każini u kif ukoll għax-xiri ta’ strumenti ġodda li jintużaw biex jiġu mgħallma t-tfal Maltin mingħajr ħlas.
Dan ikompli juri kemm dan il-Gvern jisma’ u japprezza l-ħidma tal-baned Maltin u jara l-importanza tal-festi fil-kultura Maltija.