Mija u ħamsin elf ewro inġabru minn Pink October elfejn u sbatax organizzati minn Marigold Fondation.
Flus li se jibbenefikaw minnhom sebgħa għaqdiet mhux governattivi sabiex ikomplu jgħinu aktar pazjenti.
Il-fondi inġabru waqt diversi attivitajiet bil-parteċipazzjoni tal-pubbliku. Bl-attivita ewlenija tkun “The Esplora Pink October Night Walk”, b’mijiet ta’ persuni attendew għal din il-miexja mill-Kalkara sa xatt ta’ Bormla.
Ivan Grech minn Marigold Foundation spjega kif diversi kumpaniji taw id-donazzjonijiet tagħhom għal din il-kampanja bil-għan li titqajjem kuxjena dwar il-kanċer tas-sider.
Ic-chairperson tal-Fondazzjoni Marigold is-sinjura Michelle Muscat spjegat kif Pink October laħqet fierxa wiesgħa ta’ persuni fis-soċjeta sabiex jagħmlu t-testijiet mediċi dwar il-kanċer tas-sider.
Is-Sinjura Michelle Muscat qalet li l-ispejjez tal-kampanja Pink October se jitħallsu mill-flus li inġabru waqt l-għawma li għamlet mit-Torri tal-Għallis sal-Port ta’ Marsamxett.
Intant, ix-xahar ta’ Frar huwa iddedikat għal Mard Rari.
Il-President tal-Alleanza Nazzjonali ta’ Sapport għall-Mard Rari Michelle Muscat nediet l-attivitajiet sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-mard rari.
Fl-isptar Mater Dei se jkun hemm professjonisti jagħtu informazzjoni neċessarja dwar il-mard rari.
Se titnieda kampanja mat-tobba u l-ispizjara sabiex pazjenti b’mard rari jingħataw appoġġ mingħand l-alleanza.
Filwaqt li l-borza tal-mediċini tal-POYC se tkun bil-kuntatt tal-Alleanza Nazzjonali tal-Mard Rari.
L-attivita prinċipali se tkun fit-tmienja u għoxrin ta’ Frar , fil-Phoenicia fil-Floriana.