F’tliet ġimgħat inġabru €15,000 għas-Surġent tal-Pulizija, Frankie Sciberras, biex ikun jista’ jħallas is-somma li l-Qorti Ċivili ordnatu jħallas wara li sabitu ħati li kkaġuna danni fuq sewwieq wara sparatura li tmur lura 21-il sena ilu f’Tas-Sliema , fl-20 ta’ Settembru 1995.
Fl-2012, il-Qorti Ċivili sabet ħatja lil Sciberras u talbitu jħallas lis-sewwieq is-somma ta’ €33,878. Kien hawnhekk li l-pulizija appella mis-sentenza bil-Qorti tal-Appell tnaqqas s-somma għal €23,626. Madankollu ċ-ċifra xorta tlaħħaq it-€30,000 hekk kif il-Qorti ordnat li jħallas l-imgħax li jibda jakkumula mid-19 ta’ Ġunju, 2012, data tal-ewwel sentenza.
Intant, il-kollegi tiegħu illum se jorganizzawlu bike ride biex ikomplu jinġabru fondi. Din se tibda minn ħdejn il-Garaxx il-Pulizija mis-7pm ’il quddiem. Kemm min-naħa ta’ Bieb il-Bombi kif ukol min-naħa ta’ Sa Maison ser ikun hemm min jiġbor id-donazzjonijiet.