Il-budget totali għall-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil għall-2021 laħħaq il-€142 miljun, u għen biex l-Uffiċċju Ewropew għall-Aġenzija, l-EASO, ikabbar ir-riżorsa tiegħu u tejjeb anke t-taħriġ li jagħti.
Dan qalu l-President ta’ Malta George Vella f’dikors li ta waqt konferenza li fakkret l-għaxar snin mit-twaqif tal-uffiċċju u l-kisbiet tiegħu. Dr Vella appella wkoll fl-istess konferenza biex il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju li għadda dwar is-suġġett jiġu implimentati mill-aktar fis.
Hawn ġie nnotat ukoll kif issa li għaddew għaxar snin mit-twaqqif tiegħu, l-Uffiċċju se jsir Aġenzija Ewropea għall-Ażil li se jgħin biex jiffaċilita l-proċess tal-ażil għall-migranti.
Fid-diskors tiegħu l-President Vella fakkar fil-kriżi tal-immigrazzjoni tal-2015, u kif l-partijiet kollha involuti jridu jaħdmu id f’id biex fost oħrajn ikun miġġieled it-traffikar tal-bnedmin.
Nina Gregori, id-Direttur Eżekuttiv tal-EASO qalet li dan għamel passi kbar f’qasir żmien, u bħalissa għandu mal-elf uffiċjal jaħdem f’għaxar pajjiżi differenti. Tfakkar ukoll kif għaxar snin ilu l-uffiċċju kien jopera biss bi 12-il impjegat, u issa dawn jgħoddu l-500. Gregori qalet ukoll li fit-triq ‘il quddiem, migranti li ma jikkwalifikawx għall-istatus ta’ refuġjat, se jintbagħatu fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom u jkunu integrati mill-ġdid fis-soċjetà tagħhom b’mod sigur.
Dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan Gregori qalet li s’issa kollox jidher li migranti minn dan il-pajjiż mhux joħolqu influss fl-Ewropa, iżda xorta hemm riskju kbir ta’ kollass totali tal-pajjiż.