L-aktar offerta għolja biex tintrefa l-vara ta’ Santa Marija fl-Imġarr kienet dik ta’ €14,000, jiġifieri elf aktar mis-somma tas-sena li għaddiet.
Kienu tnejn il-gruppi li sfidaw lil xulxin min jagħti l-akbar offerta, b’Wistin Vella jerġa’ jirbaħ l-irkant b’somma rekord. €3,500 minn dawn se jmorru għall-isptar Malti fil-Għana.
Iż-żewġ persuni li pparteċipaw f’dan l-irkanti huma sinonimi għal dan l-avveniment li jsir kull sena. Kienu bosta dawk li nġabru biex isegwu dan l-irkant u biex jaraw x’se jkunu l-ammonti offruti biex tintrefa l-vara.