Iffirmat ftehim bejn il-Ministeru għall-Familja u s-Sigurtà Soċjali u l-Malta Gay Rights Movement, li jfisser li dan il-moviment se jkollu aċċess għal €135,000 fuq tliet snin biex ikun jista’ jippjana aktar metodi t’għajnuna għall-persuni LGBTIQ li jfittxu dan is-servizz.
Dan il-Memorandum of Umderstanding kien iffirmat dalgħodu fil-preżenza tal-Ministru Michael Farrugia. Attivisti mill-MGRM esprimew s-sodisfazzjon għal għajnuna kontinwa li qed jagħti dan il-Gvern f’dan is settur.