Il-Ministeru għall-edukazzjoni nhieda l-iskema ta’ boroż ta’ studju għal dawk li qed jipparteċipaw f’xi dixxiplina fl-isport.
Il-gvern qed jallokka €120,000 għal din il-borża ta’ studju. Din hija s-seba’ edizzjoni li l-gvern ħareġ din is-sejħa. Mill-2012 ibbenefikaw 82 sportiv.
€Jista’ japplika kull minn qed jistudja dixxiplina sportiva.
Is-segretarju parlamentari Clifton Grima qal li qed ninvestu fl-isportivi biex inġibu riżultati tajbin għal pajjiżna.
Mill-2012 il-Gvern investa €720,000 għal total ta’ 80 għotja li jiffukaw fuq studji u fuq taħriġ professjonali lokalment jew barra minn xtutna. L-assistenza pprovduta kkontribwiet kemm għal studji akkademiċi kif ukoll għal aktar taħriġ professjonali inklużi PhDs fil-mediċina sportiva, psikoloġija sportiva, korsijiet tal-immaniġġjar fil-qasam sportiv, korsijiet ta’ coaching u taħriġ sportiv f’diversi dixxipplini inklużi l-badminton, il-waterpolo u l-weightlifting.
L-applikazzjonijiet jiftħu għada 21 ta’ Marzu u jagħlqu fl-20 ta’ April.
Dettalji jinkisbu fuq myscholarship.gov.mt