€11-il miljun f’Fondi Ewropej se jkunu investiti f’erba’ proġetti ta’ taħriġ vokazzjonali f’setturi differenti. Dan hekk kif il-fondi se jitqassmu bejn l-MCAST, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, il-Ministeru għas-saħħa u l-Malta Film Commission, biex ikunu jistgħu jagħtu taħriġ vokazzjonali lill-ħaddiema fis-setturi rispettivi tagħhom.Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia saħaq li filwaqt li l-Fondi Ewropej intużaw biex jiġu attwati bosta proġetti li wkoll tejbu l-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna, issa Malta se tkun qed tinvesti wkoll fis-suq tax-xogħol tagħha.
Dan sabiex ikun hemm bilanċ bejn l-edukazzjoni akkademika u dik vokazzjonali.