“Sens ta’ kburija li jien Maltija. Irrid nirringrazzja lill-Maltin u lill-Għawdxin tal-kontribut li dejjem taw li fehmu, li din il-ġenerozita qed tmur biex ngħinu lil min għandu bżonn”
Kliem il-President Marie Louise Coliero Preca ftit jiem qabel ittemm il-mandat tagha bħala Kap ta’ Stat.
Il-Presdient qalet fil-Palazz tal-President f’San Anton waqt li l-aħħar preżentazzjoni li saret dwar il-ħidma tal-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund li matul is-sena li għaddiet kienet ta’ spalla għal aktar minn sittax -il elf ruħ li qasmu bejniethom aktar minn ħdax–il miljun.
Il-President qalet li s-sena li għaddiet il-ġenerożità tal-Maltin kompliet tisboq dik tas-snin preċedenti. Spjegaw li l-assistenza medika lill-Maltin u lill-Għawdxin fl-2018 żdiedet għal tmien miljun u ħames mitt elf ewro.
Fis-sena 2018, il-Malta Community Chest Fund żiedet l-assistenza finanzjarja lil persuni b’diżabilita u pazjenti li kellhom bżonn ta’ kura speċjalizzata, b’aktar minn 72 fil-mija.
Il-Presdient Coleiro Preca qalet li l-assistenza għal kimoterapija speċjalizzata u għall-mediċini għal mard kroniku sever, flimkien mal-assistenza li tingħata lill-pazjenti li jkollhom bżonn kura barra minn Malta u lill-qrabathom kienet ta’ €9.7 miljuni, żieda ta’ 73% fuq is-sena ta’ qabel.
Minbarra dan, individwi u istituzzjonijiet oħra qassmu bejniethom €2 miljuni f’għajnuna, żieda ta’ 3.5% meta mqabbel mal-2017.