Waqt l-inizjattiva 5in1 ta’ din is-sena, s’issa nġabret is-somma ta’ €10,500. Din hija inizjattiva ta’ kull sena li Claire Agius Ordway permezz tal-programm tagħha ‘Dak li jgħodd’ fuq ONE tagħmel b’risq min hu fil-bżonn. L-idea li s-segwaċi ta’ ONE jagħtu 5 Ewro f’siegħa, tidher li għal sena oħra intlaqet tajjeb ferm it-Tlieta 14 ta’ Diċembru.
Waqt ix-xandira ta’ din is-sena, pparteċipaw bosta mistiedna fosthom l-E.T President George Vella u s-Sinjura Miriam Vella hekk kif il-flus miġbura ser imorru b’risq The Malta Community Chest Fund Foundation.
Il-linji tad-donazzjoni ser jibqgħu miftuħa sal-ewwel ġimgħa ta’ Jannar 2022. Jekk tixtieq tgħin tista’ ċċempel 51502029 biex tagħti donazzjoni ta’ 5 Ewro.