Il-Kampanja l-Istrina BOV Piggy Bank saret sinonima ma’ din il-maratona annwali ta’ ġbir ta ‘fondi. Din hija it 13-il sena konsekuttiva li fiha piggy-banks ġew imqassma fl-iskejjel kollha primarji u sekondarji f’Malta u Għawdex.
Minn din il-kampanja nġabru €100,000, liema fondi nġabru mill-kampanja l-Istrina BOV Piggy Bank u li mbagħad ġew rdopjjati mill-Bank.
Is-CEO tal-Bank of Valletta Mario Mallia akkumpanjat minn membri tal-istaff tal-Bank of Valletta, ppreżenta id-donazzjoni li E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta u s-Sur Edgar Preca waqt ix-xandira live tal-Istrina.
Il-kampanja mhux biss isservi biex jinġabru l-fondi għall-Istrina, iżda wkoll tqajjem kuxjenza fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa dwar l-importanza li tgħin lill-oħrajn.