Hekk kif ninsabu fl-istaġun rinomat ma’ numru ta’ tiġijiet, il-kumpanija GET HITCHED qed tiffaċilita dan il-proċess billi permezz tal-website tagħhom, tlaqqa koppji li jridu jiżżewġu ma’ bejiiegħa ta’ prodotti tat-tiġijiet.
Jonathan Azzopardi Frantz, wieħed mill-fundaturi li l-kumpanija tiegħu qed tibenefika minn fond ta’ €14,400 spjega l-ħsieb wara dan il-proġett.
Jiffaċilita l-ħajja ta’ koppji li ħa jiżżewġu biex isibu servizzi b’mod faċli. Through Get Hitched din ħa tagħmilha in 3 easy steps li toħodlok 3-5 minutes. Bażikament timla ċertu kriterji. Ir-request tiegħek tmur għand ħafna vendors differenti u dawk li jkunu available for your date and your budget jikkuntatjawk lura huma.
Dan huwa wieħed mis-seba’ timijiet ta’ intraprendituri u riċerkaturi li rċevew total ta’ €100,000 fil-ħames edizzjoni tat-TAKEOFF Seed Funds Awards. Inizzjativa bejn l-Universita ta’ Malta u l-Ministeru għall-Ekonomija bl-għajnuna tal-business incubator fl-Universita.
Għal dawn il-progamm kien hemm total ta’ disgħa u tletin sottomissjoni li seba’ minnhom se jingħataw il-fondi biex matul is-sena d-dieħla jressqu l-inizzjattivi tagħhom eqreb lejn il-kummerċjalizzazzjoni.
Proġett rebbieħ ieħor huwa dak bl-isem ta’ The Huskie Craft Beer Company li ħa s-somma ta’ aktar minn 13-il elf. Ix-Xjentist Jean Bickle li wieħed mill-fundaturi spejga kif permezz ta’ din il-kumpanija huma qed jippruvaw joffru l-birrerija tagħhom lill-klijenti li jixtiequ jkollhom il-birra tagħhom u ta’ edizzjoni limitata.
Aħna bażikament li nagħmlu qegħdin nikrejaw birra differenti ta’ spiss. Aħna jiġi klijent għandna, jgħidilna nixtieq birra magħmula b’ċertu togħma, b’ċertu flavours differenti u aħna kapaċi permezz tat-tim li qegħdin u minħabba l-aparat li għandna nikrejaw dawn il-ħafna tipo ta’ birra differenti. Bażikament qegħdin jien li naħdem bħala xjentist, enġineer u chef – flimkien qegħdin l-aħjar tim biex inkunu nistgħu nagħmlu dan il-proġett possibli.
Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm ir-rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella li esprima s-sodisfazzjon lejn il-fatt li kull sena jkun hemm maturità u kambjament fil-proġetti li japplikaw.
Il-Ministru Chris Cardona kompla jispjega kif il-futur ekonomiku tagħna jiddependi fuq it-talent li nrawmu llum u permezz ta’ inizjattivi bħal dawn, il-gvern ikun jista’ tassew jistimula ħafna stejjer ta’ suċċess dwar kumpanija start-up.