Il-Prim Ministru ħabbar ukoll proposta oħra, din id-darba waħda li tolqot liż-żgħażagħ.
Bi Gvern Laburista ġdid, il-Gvern se joħroġ €1,000 kull sena fuq self ta’ proprjetà għall-first-time buyers għall-għaxar snin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’hekk il-Gvern se joħroġ €10,000 fuq proprjetà mixtrija mill-first-time buyers, b’self.
Il-Prim Ministru fakkar kif din il-miżura tikkumplimenta oħrajn li ddaħħlu qabel bħal dik tat-tnaqqis tat-taxxa tal-boll u l-għajnuna biex jitħallas id-depożitu fuq self għal dar.
Dr Abela tenna li dawn il-miżuri huma biss il-bidu ta’ dak li qed jipproponi l-Partit Laburista.