Fil-baġit tas-sena l-oħra tħabbar li se jitwaqqaf fond li minnu se jibdew jingħataw ħlasijiet għal anomaliji li setgħu nħolqu tul is-snin minħabba tibdiliet fis-sistema tal-pensjonijiet li ħolqu anomaliji, jewgħal raġunijiet oħrajn.
L-eks-ħaddiema tal-korpi tas-snin sebgħin, l-eks-ħaddiema tax-xatt, l-eks ħaddiema tal-ex-Malta Electricity Board u l-pulizija, bdew jirċievu ċ-ċekkijiet li kienu mwegħda. Din is-sena se jkunu qegħdin jitħallsu ’l fuq minn €11-il miljun lil aktar minn 6,000 benefiċjarju jew l-eredi tagħhom.
Għas-sena d-dieħla, l-Gvern se jalloka €10.5 miljun biex ikomplu jiġu indirizzati l-inġustizzji tal-passat.