Il-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi wettaq madwar 60 proġett b’investiment ta’ €1.9 miljun madwar Malta u Għawdex.
Dawn ix-xogħlijiet li saru kollha matul din is-sena, jinkludu xogħlijiet ta’ tisbieħ ta’ ġonna, bankijiet ġodda u riġinerar ta’ spazji miftuħa, bl-aħħar wieħed ikun il-proġett b’investiment ta’ €150,000 tal-isqaqien silenzjużi li jdawru l-kappella antika tal-Lunzjata f’Ħaż Żebbuġ.
Dawn l-isqaqien residenzjali sarilhom xogħlijiet ta’ skavar, pavimentar, servizzi għar-residenzi kif ikoll riġenerazzjoni madwar il-kapella bħal dawl ġdid.
Qal dan id-Direttur tad-Dipartiment il-Perit Steven Bonello, fejn saħaq li wieħed mill-akbar proġetti bżonjużi u kruċjali li wettaq dan id-dipartiment hu dik li tissolva l-problema tal-għargħar madwar il-gżira Maltija.
Bonello spjega: “Proġetti li jaħdem fuqhom id-dipartiment huma proġetti biex tissolver problema fejn hemm l-għarar din is-sena wkoll solvejna problema fejn kien hemm għarar fl-Imrieħel u Birkirkara.”
Il-Perit Bonello żied isemmi li proġett ieħor kbir li qed iwettaq dan id-dipartiment hu dak tal-park nazzjonali ta’ Ta’ Qali
Bonello sostna: “Proġett ieħor hu dak ta’ Ta Qali, il-Park Nazzjonali li l-area ta’ rikreazzjoni kważi ser tirdoppja ta’ dik li hemm u ser isiru faċilitajiet biex jitgawdew mill-pubbliku.”
Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg saħaq kif proġetti bħal dawn qegħdin ikomplu jtejbu l-kwalità ta’ ħajja tar-residenti Maltin u Għawdxin.
Dr Borg stqarr: “Il-Gvern jinteressaħ min-nies illi jgħixu fl-irħula u l-ibliet tagħna speċjalment anke dawk li jagħżlu li jgħixu jew jinvestu fi propjetà fil-qalba tar-komunità, dawn il-propjetatjiet illi qed jiġu kkonservati li ħafna drabi jkunu fi sqaqien dojjoq bħalma huma dawn u għalhekk il-Gvern jintervjena.”
Il-Ministru Borg żied jgħid li jikkumplimenta dawn hemm l-iskema rrestawra darek li wkoll qed tgħin sabiex bliet u rħula bħlama hu Ħaż-Żebbuġ jerġgħu jingħataw il-ħajja.