Transport Malta bdiet ix-xogħol biex twessa’ Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq. Il-kuntrattur qed inaddaf iż-żona fejn se titwessa’ t-triq u jinbena ħitan ġdid.
Fi stqarrija t-transport Malta spjegat li wara dan ix-xogħol, se tkun qed terġa tibni t-triq mill-ġdid biex iżżid karreġġjata oħra, t-tul kollu ta’ Vjal ix-Xarolla sa Triq il-Kuċċard Ħal Safi.
Transport Malta qed tinvesti €1.8 miljun fuq dan il-proġett, li tħabbar matul l-aħħar Baġit.Ix-xogħlijiet bdew wara s-sajf, bi ftehim mal-Kunsill Lokali, biex ma jtellfux il-festi tal-lokal.