L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi se tassorbi €1.6 miljun f’fondi pubbliċi biex tagħmel programm ta’ monitoraġġ tal-baħar. 75% mill-fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea.
L-għan hu li jkun hawn immaniġġjar aktar effettiv u użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi.
L-ilmijiet marittimi qed jaffaċċjaw pressjonijiet dejjem jiżdiedu minn attivitajiet tal- bniedem u dan iwassal għad-deterjorazzjoni tal-ambjent marittimu. Data u informazzjoni korretta minn dan il-proġett se jintużaw biex jiġu żviluppati prattiki ta’ mmaniġġjar biex jiġu indirizzati dawn il-pressjonijiet. Dan il-proġett se jgħin ukoll fl- implimentazzjoni tal-obbligi ta’ Malta fis-settur marittimu.
Il-proġett se jdum sentejn, bil-mira li jitlesta f’Marzu 2019.