L-għawwiema Dylan Cachia u Sarah Demicoli, għal darb’oħra inkurunati Ċampjins tal-Birkirkara St. Joseph Open Water Swimming Series.
Il-Kampjonati, li kienu jikkonsistu f’ħames tlielaq fuq żewġ kilometri, u waħda ta’ erba kilometri fil-bajja tas-Salina, ġew organizzati mill-Birkirkara St. Joseph Sports Club, taħt l-awspiċji tal -Aquatic Sports Association of Malta. Il-klassifikazzjoni finali kienet ibbażata fuq l-aħjar ħinijiet ta’ erba tlielaq fuq distanza ta’ żewġ kilometri u it-tellieqa tal-erba kilometri. Il-Kampjonati servew wkoll bħala kwalifikazzjoni għal dawk l-għawwiema li qedin jippjanaw li jieħdu sehem fl-għawma annwali (Malta) -Gozo-Malta.
Il-Kampjonati, kellhom attendenza tajba ħafna, b’medja ta’ 100 għawwiema kull darba. It-tellieqa tal-ftuħ saret fil-port tal-Belt Valletta bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal- Valletta 2018. Il-Klabb kien kuntent bl-għadd għawwiema żgħażagħ minn Għawdex li attendew regolarment.
Dylan Cachia, li reġa rebaħ it-titlu għat-tielet sena konsekkutiva, spjega li din is-sena l-attenzjoni tiegħu kienet iffokata iktar fuq distanza qosra, iżda xorta ħa gost bl-isfida ta’dawn it-tlielaq. Wara Cachia, kien hemm iż-żagħżugħ Andre Camilleri, li wara xi żmien jipprattika it -triathlon, issa qed jiffoka kompletament fuq l-għawm. Camilleri kien tliet minuti ‘l bogħod minn Cachia fil-klassifikazzjoni ġenerali. It-tielet kien Andrew Sultana.
Sarah Demicoli bla dubju baqgħet tirrenja fuq id-dominju tagħha f’dan l-isport, meta reġghet rebħet it-titlu, li ilu tagħha mill-2014. Demicoli tat prestazzjoni rispettabbli ħafna fil -Kampjonati Ewropej Junior tal-Open Water li saru f’Malta riċentatment u issa qeda tiffoka l-attenzjoni tagħħa fuq kompetizzjonijiet għolja internazzjonali bħal kampjonati Ewropej, Mondjali, il-possibilita li tgħum il-fliegu Ingliz fl-2020 kif ukoll l-Olimpjadi. Fuq l-istaġun 2018, Demicoli spjegat li il-kundizzjonjiet fil-baħar ġeneralment ma kienux ħfief u il-kompetizzjoni dejjem tiżdied. Maya Schembri Rodgers u Leah Satariano kkompletaw il-podju. Schembri Rodgers kompliet l-forma tajba tagħha, filwaqt li Leah Satariano għamlet ritorn għal dawn it-tlielaq u saħansitra il podju wara assenza ta ‘sena.
Birkirkara Joseph Sports Club ħabbar li Festina Watches se tkun qeda tappoġġa l-edizzjoni tal- Kompetizzjoni (Malta) -Gozo-Malta ta’din is-sena. Mal-Festina jingħaqdu Leap Nutrition. L-għawwiema li kkwalifikaw għal din il-kompetizzjoni huma meħtieġa jirreġġistraw sa’ nhar is-Sibt 11 ta’ ‘Awwissu. Laqgħa obbligatorja għall-għawwiema se ssir it-Tlieta 21 ta ‘Awwissu fis-7pm fil-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Għal aktar informazzjoni fuq il-Kampjonati Festina (Malta) Gozo- Malta żuru is-sit www.bkarastjoseph.com