Dylan Cachia ipprouċa wirja mill-aqwa u rebaħ l-ewwel tellieqa tal-Kampjonati tal-għawm miftuħ tal-ilma Garmin BSJ imtella’ minn Birkirkara St Joseph Sports Club.
Cachia kien fuq quddiem nett mill-bidu tat-tellieqa, fejn fetaħ distakk sostanzjali. Huwa rebaħ f’ħin ta’ 23 minuta u 11-il sekonda. Luca Vella spiċċa fit-tieni post kważi erba’ minuti warjh. Fit-tielet post spiċċa Tristan Micallef.
Il-kategorija tan-nisa ntrebħet minn Roanna Farrugia f’ħin ta’ 28 minuta u 43 sekonda. Hija kienet segwita minn Martina Micallef 28 sekonda warajha, filwaqt li Leilla Atzmannstorfer daħlet it-tielet.
Il-Kampjonati qed isiru taħt l-awspiċi tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Isport Akwatiku u appoġġjati minn Garmin.
It-tieni tellieqa tas-serje ser issir nhar l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju fis-Salina. It-tellieqa tibda fis-18:30.