Dylan Cachia kompla l-prestazzjoni dominanti tiegħu fit-tieni tellieqa tal Kampjonati Garmin BSJ Open Water Swimming, filwaqt li l-ateleta Olimpika, Sasha Gatt għamlet id-debutt tagħha fl-Open Water Swimming, u li fil-proċess ħadet il-podju tar-rebbieħa.
Ftit kien hemm dubju li Cachia ma kienx ser jerġa jipprova jieħu vantaġġ fit-tieni tellieqa tas-serje. Cachia kiseb distakk tajjeb matul it-tellieqa kollha, madankollu prestazzjoni notevoli kienet reġistrata mit-tieni post Luca Vella li naqqas kważi żewġ minuti mit-tiġrija preċedenti tiegħu. Fit-tielet post Nathan Cachia pproduċa wirja tajba biex ħa t-tielet post, ftit sekondi biss wara Vella. Cachia beda fl-aħħar grupp minħabba li din kienet l-ewwel tiġrija tiegħu tas-serje, madankollu qabeż lejn quddiem tal-grupp u ingħaqad lil ħuħ l-kbir fuq il-podju.
Fil-kategorija tan-nisa, waħda mill-iżgħar atleti Olimpiċi ta’ Malta Sasha Gatt, għamlet id-debutt tagħha fl-open water. Gatt, li bħal Nathan Cachia bdiet fl-aħħar mewġa saħqet il-pożizzjoni tagħha għelbet lir-rebbieħa tal-ewwel tiġrija Roanna Farrugia li ġiet fit-tieni post. Fit-tielet pass kienet Martina Micallef. Fit-tieni tellieqa, kemm Farrugia kif ukoll Micallef tejbu l-ħinijiet preċedenti tagħhom.
Il-Kampjonati Garmin BSJ Open Water Swimming, imtella’ minn Birkirkara St Joseph Sports Club, taħt l-awspiċji tal-Aquatic Sports Association ta’ Malta, iservu bħala kwalifikazzjoni għal parteċipazzjoni fil-Kompetizzjonijiet Garmin Malta – Għawdex – Malta u Garmin Gozo Malta Open Water.
It-tellieqa li jmiss se ssir fis-Salina fis-6 ta’ Lulju fis-1830hrs. Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa online permezz ta’ din il-link – https://bsj.mt/event/2022-bsj-open-water-swimming-championships-race-3/
Garmin BSJ Open Water Championships – Race 2
Irġiel | Nisa | |
1st | Dylan Cachia (23:29) | Sasha Gatt (25:47) |
2nd | Luca Vella (25:39) | Roanna Farrugia (27:29) |
3rd | Nathan Cachia (25:44) | Martina Micallef (27:37) |