Dylan Cachia, frisk minn żewġ Rekords Nazzjonali fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm li saru fi tmiem il-ġimgħa, ikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu bħala l-għawwiem li wieħed għandu jegħleb fil-Kampjonati tal-Għawm Garmin BSJ Open Water organizzati minn Birkirkara San Ġużepp Sports Club.
Cachia għal darb’oħra stabilixxa il-pass biex ħa r-raba’ rebħa konsekuttiva tal-Kampjonati, b’distakk ta’kważi tliet minuti fuq Tristan Micallef li kiseb it-tieni post. Distakk simili kien irreġistrat bejn Micallef u Vitelio Rodriguez li ħa t-tielet post.
Fil-kategorija femminili, Roanna Farrugia rritornat fuq il-podju tar-rebbieħa u kienet it-tielet għawwiema li spiċċat l-għawma ta’ 2km. Fl-ewwel dehra tagħhom fuq il-podju ingħaqdu, ma’ Farrugia, Felicienne Mercieca u Rosalia Segarra.
Il-ħames tellieqa tal-Kampjonati hija skedata li ssir nhar l-Erbgħa 3 ta’ Awwissu u se tinkludi distanza ta’ 4km għall-għawwiema li ma jistgħux ikunu preżenti għall-Għawma ta’ 4km fl-24 ta’ Awwissu. It-tiġrija ta’ 4km hija rekwiżit għall-għawwiema li qed jippjanaw li jieħdu sehem fit-tlielaq tal-Garmin Malta – Gozo – Malta u Garmin Gozo – Malta f’Settembru. L-uniku għan tal-4K fit-3 ta’ Awwissu huwa li jinkiseb ħin ta’ kwalifika għall-dawn it-tlielaq fil-fliegu bejn Malta u Għawdex, u mhux se jiġi kkunsidrat għall-klassifikazzjoni finali tal-Kampjonati tal-Għawm Open Water.
Il-Kampjonatital-Għawm Garmin BSJ Open Water qed isiru taħt l-awspici tal-Aquatic Sports Association of Malta.
Ir-reġistrazzjoni għal Race 5 hija online – https://bsj.mt/event/2022-garmin-bsj-open-water-swimming-championships-race-5/