Dylan Axiak hu ż-żagħżugħ ta’ 21 sena li tilef ħajtu wara li ħa xokk waqt li kien qed jagħmel xi xogħol. L-aċċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ filgħodu fi Triq Mater Boni Consilli, il-Fgura.
Kienu bosta li sellmu l-memorja ta’ Axiak, fejn iddeskrivewh bħala persuna ċajtiera u b’qalb tad-deheb.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Filwaqt li sħabu jinsabu xxokkjati b’din l-aħbar, bosta spjegaw li se jibqgħu jgħożżu l-memorji sbieħ li kellhom flimkien.
Ritratt – TVM