Stqarrija mill-Partit Laburista tghid li sa issa kien ċar iktar minn darba li ż-Żonqor se jintuża biss mill-Università Amerikana ta’ Malta għal skop edukattiv u meta jkun hemm il-ħtieġa.
Dan skont il-kuntratt approvat mill-Parlament dwar proġett li studji indipendenti juru li għandu jkun suċċess. Saħansitra biex l-AUM ingħataw il-liċenzja ta’ università sar studju mid-ditta PwC li wkoll wera fiduċja fl-investituri wara dan il-proġett.
L-istqarrijiet kontinwi tal-Partit Nazzjonalista f’mument fejn il-proġett għadu fil-bidu tiegħu, inkluż skont it-termini tal-kuntratt, juru biss li fl-istamperija għad hemm l-istess dwejjaq u negattività li l-PN kien maħkum minnhom fi żmien Simon Busuttil.
Filwaqt li l-gvern jagħti garanzija li ż-Żonqor jintuża biss għal skop edukattiv u skont il-kuntratt, ikun aħjar li Adrian Delia jibda jġib il-bidla li wiegħed fil-PN.