Il-Ħadd filgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kompla fejn ħalla, f’ġimgħa li d-diskors fil-Parlament tiegħu xxokkja lil bosta minħabba l-insensittività li wera.
Barra l-każin Nazzjonalista tal-Gudja, Bernard Grech semma lil Raymond Caruana fl-istess diskors tiegħu kontra emenda li ressaq il-Gvern biex tiġi salvata ħajjet u protetta saħħet l-omm f’każ ta’ periklu mill-mewt jew riskju għal periklu gravi.
Bernard Grech uża ħafna l-passat biex jitkellem kontra l-emenda li anki tipproteġi lill-professjonist u lill-istess omm minn proċeduri kriminali f’każ li tiġi addottata l-prassi eżistenti.
Grech qal, “Il-Partit Nazzjonalista għandu l-fibra, jikkumbatti wrejniha din fil-passat.”
Kienu bosta li stmerrew id-diskors tal-Kap Nazzjonalista meqjus bħala miżoġinista u dispreġjattiv iżda Bernard Grech qal li kien hemm min abbuża minn kliemu u ma riedx jitlob apoloġija għal dan.
Hu qal, “Taret aktar minn 20 siegħa u riedet tagħmel abort, it-tobba u n-nurses tagħna, għax prudenti…”
Quddiem dak li qal fil-Parlament, fil-Gudja l-Ħadd filgħodu, Bernard Grech kompla mal-pożizzjoni tal-establishment Nazzjonalista u infexx jgħajjat u jgħid hekk.
Grech qal, “Se nagħmlu minn kollox.”