Dr Nicholas Briffa, psikologu u sesswologu stqarr li waħda mill-ħafna affarijiet li jisma’ ta’ kuljum fil-klinika tiegħu dwar ir-relazzjonijiet hija li s-sess isir ‘boring‘ u monotonu. Huwa jżid jgħid li ta’ spiss ikollu l-mistoqsija: ”Kemm se ddum tagħmel l-istess affarijiet?”
Dr Briffa jwieġeb u jgħid li jifhem għaliex u għalfejn ħafna nies jemmnu dan, b’mod partikolari relazzjonijiet li ilhom. L-istess partijiet tal-ġisem, l-istess kamra tas-sodda, l-istess pożizzjonijiet mal-istess persuna….dawn huma ftit mill-ħafna fatturi li jistgħu jġibu s-sess montonu.
Għaldaqstant, Dr Nicholas Briffa jissuġerixxi li jekk tkun f’relazzjoni jeħtieġ sforz u kreattivita’ u dan japplika wkoll għall-kamra tas-sodda. Il-koppji għandhom bżonn iħawwru l-affarijiet billi jinkorporaw aktar pożizzjonijiet, aktar ‘foreplay‘, aktar bews profond, jagħmlu sess fi kmamar differenti tad-dar, djalogi aktar profondi u taħdem biex tħossok konness b’mod aktar profond. Huwa jsostni li l-fiduċja, r-rispett u l-imħabba aktar profonda huma aktar sinifikanti biex jagħmlu s-sess aktar pjaċevoli.