Il-Partit Nazzjonalista nesa li, kemm m’ilux hu fil-Gvern, il-piżijiet fuq min iħaddem naqsu u mhux żdiedu. Dan kien il-messaġġ fi stqarrija tal-Partit Laburista li wriet kif, minn statistika dwar l-ispiża fis-siegħa li għandu min iħaddem, il-Partit Nazzjonalista dawwarha f’kemm jaqla’ l-ħaddiem.
Il-Partit Laburista spjega li fl-istatistika, ikkwotata mill-Partit Nazzjonalista biex jgħid li l-pagi huma l-aktar baxxi f’pajjiżna, il-Eurostat taqbad l-ispiża ta’ min iħaddem u tgħid kemm minnha fil-fatt ma tmurx dirett fil-pagi. Dan għax hi piż ta’ taxxa jew bolla, fost oħrajn, fejn fil-fatt l-inqas minn dawn il-piżijiet kienu f’Malta.
Il-Partit Laburista spjega li, bil-maqlub, l-istatistika li l-PN qed jieħu bħala paga tal-ħaddiema hu fil-fatt taxxa fuq min iħaddem u dan saħansitra jlaħħaq it-30%.
Hawn intqal li l-aħħar statistika dwar id-dħul tal-ħaddiema f’Malta mhux veru hi fost l-inqas fl-Unjoni Ewropea.