Dalgħodu ġew esebiti dokumenti dwar iż-żiemel Prince di Poggio ta’ Yorgen Fenech, hekk kif kompla jinstema’ l-każ ta’ ħasil ta’ flus li bih hu mixli Fenech.
Fuq il-pedana tax-xhieda tela’ Mark Consiglio, rappreżentant tal-Malta Racing Club, fejn ta’ x-xhieda tiegħu dwar it-trasport minn barra taż-żwiemel li jtellqu.
Intqal li fl-2019 Yorgen Fenech ma kienx membru tal-Klabb u sar trasferiment taż-żiemel mingħand Yorgen Fenech għal għand zijuh Ray Fenech.
Fl-istess sena, iż-żiemel tellaq darba.
Consiglio qal li mbagħad fl-2019 u l-2020, Ray Fenech ittrasferixxa ż-żiemel lil terza persuna, li ma ġietx identifikata waqt is-seduta tal-lum.
Iċ-Chairman tal-Malta Racing Club, l-Imħallef Emeritu Antonio Mizzi wkoll ta x-xiehda tiegħu dalgħodu.
Meta kien mistoqsi dwar l-arranġament legali biex iż-żwiemel jivvjaġġaw, wieġeb li jkun hemm bżonn passaport filwaqt li id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali huwa wkoll involut fil-proċess.
Il-Klabb jieħu ħsieb biss li t-tilqim u saħħet iż-żiemel tkun skont kif mitlub.
Mizzi spjega li jekk żiemel ikun se jinbiegħ, il-klabb irid ikun avżat biex joħroġ ċertifikat.
Żied jgħid li x-xerrej għandu jkun magħruf mill-klabb.