Qarrej minn tagħna bagħtilna dawn ir-ritratt tal-latrina li wieħed isib f’Għar Lapsi. Drenaġġ ħiereġ minn waħda mill-katusi, irwejjaħ ma jinfelħux u ambjent li żgur idejjqek speċjalment jekk tkun trid tidħol bit-tfal. Iċċekjajna u qalulna li hija responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Setgħet ma kinetx. Min hu responsabbli għandu jieħu ħsieb. Żgur li għandna bżonn dawra tajba.