Duncan Bezzina ħuwa iċ-Champion Nazzjonali tas-snooker meta fil-finali gheleb lil Aaron Busutill bil punteġġ ta’ 6 frames kontra 4, finali fuq l-aħjar minn 11 il-frame.
F’din il-finali, li kienet ireffjata minn Ivan Brincat, Busutill għamel żewġ brejks ta’ 99 u 60, filwaqt li Bezzina għamel brejk ta’69.
Din kienet ir-raba darba li Bezzina rebaħ dan l’unur.
Fis semi-finali,Duncan Bezzina għeleb lil Brian Cini bil-punteġġ ta’5-3, filwaqt li Aaron Busutill għeleb lil Alex Borg 5-4.